A scheme by Malta Enterprise has been amended to assist businesses damaged by the recent storm.
The Business Development scheme will be amended to include the refurbishment and restoration of businesses that suffered damages caused by the heavy storm that hit our country on 20th January.
Through this scheme, businesses that have suffered damage in excess of €7,000 in damages will be able to apply for 60% of their expenses. Support from Malta Enterprise in each particular case will not exceed €20,000 and works must have been certified by an engineer or an architect. Businesses which have suffered damages up to a maximum of €5,000 can make use of schemes issued by Transport Malta.
Affected businesses may submit a request for assistance under this scheme and must ensure that their operations comply with the necessary permits. In the case of non-compliant businesses, one can still apply but will be given one year to regularise operations via applicable permits, after which, they can benefit from this scheme.
Businesses will have until 13th February 2026 to register the need for assistance by sending an email on info@businessfirst.com.mt. Business First will continue to assist anyone registering to apply. In their application, businesses must provide photographs of the damages they have suffered, as well as an estimate of costs.
-------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------
Skema ta’ Malta Enterprise emendata biex tinkludi negozji li sofrew ħsarat kawża tal-maltemp
Il-Business Development Scheme tal-Malta Enterprise se tkun qed tiġi emendata biex tinkludi rranġar u restawr ta’ negozji li sofrew ħsarat ikkawżati mill-maltempata qalila li ħakmet lil pajjiżna fl-20 ta’ Jannar.
Permezz ta’ din l-iskema, negozji li sofrew ħsara li taqbeż is-€7,000 f’danni, se jkunu jistgħu japplikaw għal 60% tal-ispejjeż li jkunu nefqu. L-appoġġ minn Malta Enterprise f’kull każ partikolari mhux se jkun qed jaqbeż l-€20,000 u x-xogħlijiet iridu jkunu ġew iċċertifikati minn inġinier jew Perit. Negozji li sofrew ħsarat sa massimu ta’ €5,000 jistgħu jagħmlu użu minn skemi maħruġa minn Transport Malta.
In-negozji milquta jistgħu jissottomettu talba għall-assistenza taħt din l-iskema, liema negozji għandhom jiżguraw li l-operat tagħhom huwa konformi skont il-permessi neċessarji. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità, in-negozju xorta jista’ japplika iżda jingħata żmien sena biex jirregolarizza l-pożizzjoni tiegħu u jekk jiġi konformi skont il-permessi applikabbli ikun jista’ jibbenefika minn din l-iskema.
In-negozji se jkollhom sat-13 ta’ Frar 2026 biex jirreġistraw l-bżonn ta’ għajnuna billi jibgħatu email fuq info@businessfirst.com.mt. Il-Business First ħa tkompli tassisti lil kull minn jirreġistra biex japplika. Fl-applikazzjoni tagħhom in-negozji jridu jipprovdu ritratti tad-danni li sofrew kif ukoll jipprovdu stima tal-ispejjeż.
